Djun huma grupp mużikali Malti li jżewweġ melodiji tal-widna ma lirika poetika u mużika avventuruża. Il-grupp huwa magħmul minn Justin Galea (kant), Joseph "Bibi" Camilleri (Drums), Ryen Refalo (kitarra), Paul Torpiano (tastieri) u Charles Cassar (bass). Il-grupp ġie iffurmat fl-2017 u immedjatament sar wieħed mill-gruppi favoriti tax-xena tar-rock alternattiv lokali. Fl-2019 Djun ħarġu l-ewwel album tagħhom "Il-Ħlas", ġabra ta' kollezzjonijiet marbutin madwar it-tema taż-żmien u t-tmiemijiet. L-album ġie mniedi f'Mejju ta' l-2019 permezz ta' kunċert milqugħ tajjeb fil-Malta Society of Arts.
Wara t-tnedija ta' "Il-Ħlas"il-grupp baqa attiv permezz ta’ diversi kunċerti, kif ukoll il-ħruġ online tal-kanzunetta “Ħdejk” li kisbet ħafna attenzjoni u ispirat diversi interpretazzjonijiet minn artisti oħra permezz ta’ “chain post” online. Bħalissa d-Djun jinsabu fil-proċess li jirrekordjaw ġabra ta’ kanzunetti ġodda, li ser jieħdu l-grupp f'direzzjoni mużikali ġdida u inaspettata.